Kappell tat-tibna, Daqxej' xugaman. 'Orange squash' u ftira, Biż-żejt u t-tadam. Żebbug u nagħniegħa, Tonn taż-żejt u kappar. Melħ u bżar U igħdli x'qed tiekol. 'Deckchair' u umbrella, U nuċċali tax-xemx. Minn wara l-gazzetta Nammira l-ambjent. Tal-bikini l-abjad Kważi jidher x'hemm taħt, Tidlek il-'lotion' Kollox bis-'slow motion'. Ara x'kull bettieħa. Dawk qishom lanġasa. U jekk bambinella, Hemm il-patata tidħaqlek. Ara kif sewwa jgħidu, Li l-baħar jiftaħlek l-aptit. Għadda tifel imbaċċaċ, Waqqali l-ħobża fir- ramel. Offendejtu tnejn b'ommu, Ġie għalija missieru. Kont nafu ġibtlu birra. Komplejna nehmżu lit-tfajliet. Kemm hi sabiħa Malta, Għawdex u Kemmuna, U l-Gżejjer ta' San Pawl. U xi ġmiel 'Manoel Island', Kemmunett u Filfla. Ġebla tal-Ġeneral. Ġebla tal-Ġeneral. Ġebla tal-Ġeneral. Ġebla tal-Ġeneral. Ġebla tal-Ġeneral. Ġebla tal-Ġeneral.