Kishore Kumar Hits

Brikkuni - Il-Lupu Ma Jibdilx Il-Pil şarkı sözleri

Sanatçı: Brikkuni

albüm: Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa


Niggustak tgħidli li ġejja
Fejn ġejja 'kk qatt ma morna mkien?
Kieku dal-ħitan kellhom jitkellmu
Iii nistaqsi min?
Qabli kien jaf jimliek b'dan il-pjaċir
Baħnan kemm se ndum inwiddbek
Il-lupu ma jibdilx il-pil
Ara biss taħseb li bħalek jiena
Qatt mhu ser insib
Jekk tixtieq iżjed taf fejn hu l-bieb
Titlob xejn iżjed minn dan il-jum
Stenna l-Għid jasal 'ekk tixtieq ħaruf
Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet
Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ
L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet
U int tparla wisq
Naf
Ma nitgħallem qatt
Naf
Tfixkilt
It-Tnejn
Nibqa' nagħmlu l-Ħadd
Erġajt ingdimt
Kont mingħalik li lest
Tixxengel għal kull nefħa
Bħal pinnur fir-riħ
Qalbi tmut hekk kif nisimgħak
Tgħidli li ma tridx irbit
Lanqas ħaqq għażilt l-ismijiet kollha għall-frieħ
Li kont se ntik
Spiccajt niknes waħdi wara l-festin
Titlob xejn iżjed minn dan il-jum
Stenna l-Għid jasal 'ekk tixtieq ħaruf
Il-mejtin ma jqumux mill-imwiet
Tippruvax tiġri fuq frak tal-ħġieġ
L-imħabba xogħolha tagħmlu fis-skiet
U int... tparla wisq

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar