Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb 'il-qamar tul il-lej' Tagħraf minn fejn telaq is-sħab, fejn sejjer, fej' Tirfes kull mogħdija, itterraq kullimkien Tkellem 'il kull ħlejqa li tikber fil-ħolqien Togħdos fl-ibħra kollha u tmiss qiegħ l-oċean Titla' kull muntanja u titfi kull vulkan Tifhem lil kull siġra u tkellem lil kull fjur Torqod ma' kull dudu u tqum ma' kull għasfur Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied ♪ Jekk tgħodd in-numri kollha u taf kull alfabett Tħott kull teorema u żżarma kull kunċett Jekk togħxa b'kull tbissima u tokrob b'kull uġigħ Toftoq il-kliem kollu u ssib is-sens li fih Jekk taf kif kien il-bidu u kif se jkun it-tmiem Taf kull fuq, kull isfel, kull wara, kull quddiem Il-ħajja mistoqsija miġbura f'elf għaliex U ssirlek poeżija jekk int ma tweġibhiex Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied ♪ Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied Ilkoll flimkien se ngħajtu biex naħarbu minn ġewwa wied Xejn mhu ser iżommna, lanqas Dan ix-xkiel, niġġieldu kontra r-riħ Iljuni fis-silġ minn bejn l-irmied