Kishore Kumar Hits

The Travellers - Tpenġijiet şarkı sözleri

Sanatçı: The Travellers

albüm: Iljuni Fis-Silġ


B'subgħajja 'l fuq inpenġi żewġt uċuħ fis-smewwiet,
Bl-istilel ngħaqqad tpenġijiet.
Kometi żgħar, gallasji kbar, li jiġru daqs ir-riħ,
Spiċċajna niġru fuq l-ilmijiet
Ta' dinja żgħira f'nofs l-infinit,
Dinja fraġli mingħajr aptit,
Immoru d-dar għax għadu l-ħin
Il-lejl hu tagħna huwa twil
U hekk nintilfu f'dawn l-ilwien,
Ħaġa waħda jien u int,
B'nifs f'idejna ngawdu ż-żmien,
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Is-sema skur li jibdel il-kulur għal jum ġdid,
Iswed, aħmar, blu jsir.
U qegħdin hawn, inkantaw u nieħdu ftit pjaċir,
Ejja nagħmlu dal-lejl kbir!
Ta' dinja żgħira f'nofs l-infinit,
Dinja fraġli mingħajr aptit,
Immoru d-dar għax għadu l-ħin
Il-lejl hu tagħna huwa twil
U hekk nintilfu f'dawn l-ilwien,
Ħaġa waħda jien u int,
B'nifs f'idejna ngawdu ż-żmien,
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!
Ngħollu jdejna 'l fuq flimkien!

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar