Kishore Kumar Hits

The Travellers - Il-Biża’ şarkı sözleri

Sanatçı: The Travellers

albüm: Inżul U Tlajja’


Ersaq viċin, kellimni kemm trid.
Il-biża' li għandna m'għandhiex twaqqaf il-ħin
U toħloq l-inkwiet, u żżid id-dnubiet.
Il-biża' li għandna taħdem bħall-ħalliel.
Li tkaxkar 'il barra dak kollu li ssib,
Tibda gwerra ma' min hu marid
U tħalli l-vojt, jikkonsla l-uġigħ.
Il-biża' li għandna taħdem bħall-ħalliel.
Ħsieb negattiv, mingħajr ma rrid
Jiżvolġi ġo moħħi f'dan ir-renju ħażin.
Dawn dlamijet? L-abbissi, irmied
Biex naħrab minnhom mhux biżżejjed il-ġlied.
Li miegħi nnifsi, nipprova kuljum
Minn qiegħ dan il-bir ngħajjat forsi nqum.
Jisma' xi ħadd? L-uġigħ u l-weġgħat,
Il-biża' li għandna ma jifhimha ħadd.
Qisu mbagħad stenbaħt,
Il-biża' jiena donni kont irbaħt.
U dawn il-ħsibijiet
Wieħed f'wieħed jien kissirt.
U ħlift li ma jkun ħadd
Li jżommni hawn maqful ġo għar,
Fejn id-dlamijiet
Jordmu kollox taħt iċ-ċpar.

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar