Kishore Kumar Hits

Kantera - Tliet Kitarri U Mandolina şarkı sözleri

Sanatçı: Kantera

albüm: Tliet Kitarri U Mandolina


Jintasbu biswit il-qronfol
Kif tbatti x-xemx sajfija
Daqqet mota l-Ave Maria
Tliet kitarri jintunaw
Mal-ħemda l-ġmiel tan-noti
Titqanqal is-simpatija
Sole Mio, Santa Luċija
Mare Chiare C'est si bon
Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza
(Instrumental)
Il-bniedem li dar id-dinja
U vjaġġa l-ibliet magħrufa
Qasam l-ibħra, ra l-muntanji
Ma jnessukx il-ġmiel dik l-art
Ix-xewqa tal-kuntentizza
Ta' ħajja mingħajr problemi
Hi l-ħolma li tidwi f'ruħna
Taf tkun qrib bla ma nindunaw
Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza
Raxx ta' memorji għaddejjin
Donnha x-xita nieżla
Min jaf x'sar minnhom tul is-snin
Kont nieħu gost nisma'
Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar