Kishore Kumar Hits

Corazón - L-Istorja Tagħna şarkı sözleri

Sanatçı: Corazón

albüm: Hawn Jien


It-tweġiba għal dak li staqsejt
Bqajt ma tajtielhek qatt
It-tweġiba għal dak li staqsejt
Baqghet f'moħħi, m'għedta 'l ħadd
Għax issa x-xemx qiegħda tfiġġ minn wara l-blat
U l-baħar qed iħoll il-forom li pinġejna fuq ir-ramel, għax
L-istorja tagħna
Ħbejniha taħt it-trab
U għalxejn infittxuha
L-istorja tagħna
Issa ssaddet biż-żmien
U għalxejn niftħuha
It-tweġiba għal dak li staqsejt
Ma nista' ninsiha b'xejn
It-tweġiba għal dak li staqsejt
Qaluhielek dawn l-għajnejn
Għax issa x-xemx qiegħda tfiġġ minn wara l-blat
U l-baħar qed iħoll il-forom li pinġejna fuq ir-ramel, għax
L-istorja tagħna
Ħbejniha taħt it-trab
U għalxejn infittxuha
L-istorja tagħna
Issa ssaddet biż-żmien
U għalxejn niftħuha
Is-silenzju żgur ma jtebbax
Ir-ragħad żgur ma jfaqqax
U l-firda żgur ma tweġġax
Daqs it-tweġiba għal dak li
Staqsejtni
L-istorja tagħna
Għalaqnilha l-bieb
U rmejna l-muftieħ
L-istorja tagħna
Geżwirniha ġo liżar
U keffinniha bih
Il-firda żgur ma tweġġax
Daqs it-tweġiba għal dak li staqsejt

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar