Kishore Kumar Hits

Bernie and Pod - Int U Jien Dal-Milied şarkı sözleri

Sanatçı: Bernie and Pod

albüm: Int U Jien Dal-Milied


Niftakar fi tfuliti
F'dawk il-ġranet tal-Milied
Kulħadd kien ferħan bi ħġaru
ħalli nżejnu l-klassijiet
Mill-iskola għad-duttrina
Forsi nirbħu xi bambin
Wara ġirja għal għand in-nanna
Biex tagħtina biskuttin
Imma llum għadda ftit żmien
It tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
Il-Milied jiġi kull sena
X'valur għandu fost il-ġemgħa?
Kun int li tnissel l-għaqda f'dal-Milied
Abbatini lkoll niltaqgħu
Għall-quddiesa tal-Milied
Wieħed minna jgħid il-prietka,
Il-bqija nisimgħu fis-skiet
Wara lura d-dar ninġabru
Tazza te u xi pudina
Imbagħad wara taħt is-siġra
Naraw x'rigali ser jagħtina
Imma llum għadda ftit żmien
It tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
Il-Milied jiġi kull sena,
Għal xi wħud iqabbeż demgħa,
Kun int li tnissel l-ferħ f'dal-Milied!
Illum kbirna u ż-żmien għadda
ħadd ma jerġa' jġib iż-żmien,
It-tfulija tal-imħabba
Qisha fjura fl-isbaħ ġnien.
Iżda f'qalbna nibqgħu ngħożżu
L-memorji u d-drawwiet
żmien li jibqa' jgħix ġo qalbna
żmien li jnessi kull inkwiet
Imma llum għadda ftit żmien
It tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
F'dan iż-żmien tal-Milied
Insa l-firda u insa l-ġlied,
Kun int li tnissel l-għaqda f'dal-Milied!
Flimkien... Dal-Milied
Int u jien... Dal-Milied
Flimkien... Dal-Milied
Ningħaqdu lkoll... Dal-Milied

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar