Kishore Kumar Hits

Janice Mangion - Kewkba şarkı sözleri

Sanatçı: Janice Mangion

albüm: Kewkba


F'lejl jiddi taħt firxiet ta' smewwiet blu
Ilmaħtek riesaq qrib biex lili ssib
Ħarist fil-fond t'għajnejk u jien tbissimt
Sakemm intlift fiċ-ċpar u erġajt fhimt
Jien hawn 'il fuq inħares lejk
Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien
Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn
In-nifs tqil tagħna t-tnejn li għeb fix-xejn
U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt
U ħadek 'l hemm fil-bogħod minn fejn kont ġejt
Jien hawn 'il fuq inħares lejk
Nixtieq li nkun għal dejjem ħdejk
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Bik f'ħajti erġajt sibt
It-tama li kont tlift
Kont spalla x'ħin waqajt
Mill-qiegħ lili erfajt
Bħal dgħajsa f'oċean
Urejtni d-dawl fid-dlam
Nimirħu l-univers
Nintilfu ġol-immens
Int kewkba f'sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mogħdijiet
Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar