Kishore Kumar Hits

Janice Mangion - Warda şarkı sözleri

Sanatçı: Janice Mangion

albüm: Warda


Il-qtar tax-xita nieżla rxiex
L-ilma jserrep bejn il-blat għatxan
Fil-vojt ta' wied mitluq
Rajtek ħiemda tfittex ftit serħan
Ilmaħt, il-weraq kiesaħ niedi aħdar skur
U ftaħt, kulurek abjad pur
Int, int warda ġġorr petali bellusin
Tfawwar dil-qalb bi fwejjaħ tant ħelwin
Int l-isbaħ fost il-fjur hawn f'dan il-ġnien
Turi ġmielek kullimkien
U int, int warda titla' 'l fuq minn fost l-għollieq
Ix-xewk li raw dir-ruħ minn kemm għaddiet
Waħdek ħielsa fjorixxejt fis-skiet
Mas-sebħ ir-raġġi taż-żerniq
Tawk il-ħajja imlewk bil-ħelsien
Għaraft il-verità
Illi bħalek żgur li m'hawn imkien
Ilmaħt, il-weraq kiesaħ niedi aħdar skur
U ftaħt, kulurek abjad pur
Int, int warda ġġorr petali bellusin
Tfawwar dil-qalb bi fwejjaħ tant ħelwin
Int l-isbaħ fost il-fjur hawn f'dan il-ġnien
Ħadd ma jaf, mal-lejl id-dmugħ inixxi bla waqfien
F'dak il-ksieħ, mal-eku tqil tar-riħ
La tibżax, hemm tama f'dawk għajnejk
La tibkix, se nkun għal dejjem ħdejk
Int, int warda ġġorr petali bellusin
Tfawwar dil-qalb bi fwejjaħ tant ħelwin
Int l-isbaħ fost il-fjur hawn f'dan il-ġnien
Turi ġmielek kullimkien
U int, int warda titla' 'l fuq minn fost l-għollieq
Ix-xewk li raw dir-ruħ minn kemm għaddiet
Waħdek ħielsa fjorixxejt fis-skiet

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar