Kishore Kumar Hits

Janice Mangion - Xewqti şarkı sözleri

Sanatçı: Janice Mangion

albüm: Xewqti


Hawn ninsab illum
F'idi reġa' t-tmun
Nagħżel dak li rrid
ħa ngħix mill-ġdid.
Stampa ċara ntik
Kliem nistqarr għalik
Nemmen nafek dan
ħabib ħerqan.
Bogħod minn dak li rajt
Bogħod minn dak li smajt,
B'xewqti ma ndunajtx
Le, le, ma stajtx.
Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw,
Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw.
Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin,
Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin.
Riskju jiena ħadt
Minnu le ma bżajt qatt
Sfidi affaċjajt
Leħni semmajt.
Lura għal dan l-ilsien
Fih l-isbaħ ilwien
Inġedded tifkiriet
Ta' dawk il-waqtiet.
Bogħod minn dak li rajt
Bogħod minn dak li smajt,
B'xewqti ma ndunajtx
Le, le, ma stajtx.
Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw,
Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw.
Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin,
Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin.
Forsi fuq sieqi nqum
Nagħmel dan bla ma ndum
Le m'iniex tal-azzar
Naħdem ħa nkun aħjar.
Forsi nemmen mill-ġdid
Saħħti ħa nerġa' nsib
Issa nxammar il-kmiem
Naħdem sat-tmiem.
Nixtieq li naċċetaw... bla ma niġġudikaw,
Nirrispettaw inħarsu biex nittoleraw.
Għandna dejjem inkunu hemm għal xulxin,
Xewqti żgur li hi din, f'kull waqt ingħid f'kull ħin.

Поcмотреть все песни артиста

Sanatçının diğer albümleri

Benzer Sanatçılar