Din kanzunetta biex timla. Din kanzunetta biex timla. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin. Din kanzunetta biex timla. Din kanzunetta flok pirmla. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin, Biex forsi jħenn għalina l-bambin. Din kanzunetta kontra l-monotonija, Għax m'għandix ħeġġa mmur sa Sqallija. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin. Żrajt il-qamħ nibtet sikrana, żrajt ix-xgħir nibet ħafur. Minn x'ħin jisbaħ sa ma jidlam, Nikkonfondi fej sa mmur. Xita għamlet bir-riħ isfel. Fej' se mmorru nirtiraw? Immorru s'għand il-furnara, U biċċa ftira niddubbaw. Il-Ġenna ma tmurx bid-dgħajsa, U lanqas tmur bil-karozzin. Għax il-Ġenna mhix ix-Xgħajra U lanqas hija Xrobb l-għaġin. Kemm nixtieq inbusek bewsa, U tal-bewsa nħallas lira. Għax il-lira tmur u tiġi, U il-bewsa tibqa' tifkira. Qalu l-baħar jieħu u jagħti. Lili ħadli u ma tanix. Ħadli lill-maħbub ta' qalbi, Tlabtulu u ma tahulix. Mp3 minflok quddiesa, Kaxxa pizza flok insum, Mixi biex inkeċċu x-xjaten. Terapija għal erbgħin jum. Għandi għoqla fuq l-istonku, U ma nistax nara ċar. Moħħi issa ddallam sewwa. Fittex ħudni lejn id-dar. Din kanzunetta biex timla. Din kanzunetta biex timla. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin. Din kanzunetta biex jgħaddi l-ħin, Biex forsi jħenn għalina l-bambin.